Al-Anon Malta

Landline (+356) 2137 0888 (+356) 2137 0888 Mobile (+356) 9986 7371(+356) 9986 7371 English Malti

Is your life affected by someone's drinking?

It-Tnax il-Passi

Studju ta’ dawn il-passi hu essenzjali biex nimxu ‘l quddiem fil-program tal-Al-Anon. Il-prinċipji miġburin f’dawn il-Passi huma universali u japplikaw għal kulħadd. Aħna fl-Al-Anon nagħmlu minn kollox biex nifhmu iżjed fil-fond dawn il-passi u nitolbu biex ikollna d-dehen li napplikawhom fil-ħajja tagħna.

  1. Ammettejna li l-alkoħol kien rekibna u li ma stajniex immexxu ħajjitna.
  2. Wasalna biex emminna li hemm setgħa iżjed qawwija minna li setgħet tagħtina lura s-sensi tagħna.
  3. Ħadna deċiżjoni li nerħu r-rieda u l-ħajja tagħna biex jieħu ħsiebna Alla, kif nemmen fih kull wieħed minna.
  4. Fittixna bla biża’ biex nsibu x’għandna ħażin u x’għandna tajjeb fil-karattru tagħna.
  5. Ammettejna m’Alla, magħna nfusna u ma bniedem ieħor x’kien eżattament il-ħażin fina.
  6. Konna lesti nħallu ‘l Alla jneħħi dawn id-difetti tal-karattru tagħna.
  7. Bl-umilta tlabna ‘l Alla biex ineħħi n-nuqqasijiet tagħna.
  8. Ħsibna f’dawk kollha li għamilnielhom ħsara u wara konna lesti biex insewwu l-ħsara li għamilna.
  9. Irranġajna kull fejn stajna l-ħsara li għamilna ħlief meta dan seta’ jkun ta’ ħsara iżjed.
  10. Bqajna naraw x’qed nagħmlu tajjeb u x’qed nagħmlu ħażin u meta konna fil-ħazin ammettejna mill-ewwel.
  11. Fittixna li bit-talb u l-meditazzjoni nersqu iżjed lejn Alla, kif nemmnu fih kull wieħed minna, u tlabna biss li nkunu nafu x’ried minna u li jagħtina s-saħħa biex inwettqu r-rieda tiegħu.
  12. Wara li bis-saħħa ta’ dawn il-passi kellna bidla spiritwali għaddejna mill-aħjar li stajna dan il-messaġġ lil oħrajn u ħaddimna dawn il-prinċipji f’dak kollu li għamilna.